Ġiet imħabbra uffiċċjalment l-isħubija bejn il-Marsovin u l-Fondazzjoni Valletta 2018, li hija responsabbli mill-preparamenti tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.

Waqt konferenza organizzata fil-Marsovin Cellars, tnediet id-disa edizzjoni tal-Marsovin Summer Wine Festival 2016, li ser issir fil-15, 16, u 17 ta’ Lulju. 

L-għaqda ta’ bejn dawn iż-żewġ entitajiet tikkonferma li l-Marsovin u l-inbejjed li tipproduċi ser ikunu qegħdin uffiċċjalment jappoġġaw il-vjaġġ tal-Belt Valletta lejn it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-bidu ta’ din il-kollaborazzjoni kienet immarkata bir-rebranding ta’ l-inbid La Valette li ingħata it-titlu bħala l-“Official Wine Valletta 2018 European Capital of Culture. Il-Marsovin tiżgura li l-kwalita ta’ dan l-inbid tixraq dan it-titlu tant prestiġjuż.

Is-Sur Cassar kompla jgħid kif, “Il-Marsovin hija kumpanija magħmula u mmexxija mill-Maltin, b’impjegati u esperti Maltin li huma kwalifikati fil-qasam tal-vitikultura, u l-enoloġija. Bħala kumpanija nħossuna kburin li qegħdin fuq-quddiemnett ta’ l-industrija, u ser nkomplu nuru dedikazzjoni biex dejjem immexxuha aktar l-quddiem. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 u Marsovin ijja sħubija li tagħmel ħafna sens, u waħda li tagħmilna kburin. Valletta hija belt kapitali li aħna bħala Maltin għandna nħossuna kburin biha.”

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef kompla fuq is-sentiment tas-sur Cassar: “Il-Fondazzjoni Valletta 2018  ijja kburija b’din is-sħubija mal-Marsovin, li hija waħda mill-ikbar intrapriżi Maltin fil-qasam tal-inbid u prodotti ohrajn.” Żied jgħid li l-arti tal-vitikultura u l-produzzjoni ta’ l-inbid ġiet ipperfezzjonata maż-żmien mill-Marsovin. Dan il-vjaġġ jirrifletti l-iskop ta’ Valletta 2018 biex tistimula ir-riġenerazzjoni kulturali, soċjali, u ekonomika grazzi għall-metodi innovattivi.

Din l-isħubija ser tibqa’ tkattar b’diversi inizjattivi – per eżempju, ser jiġu varati serje ta’ tikketti esklussivi għall-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-vjaġġ storiku ta’ Malta lejn it-titlu ta’ European Capital fl-2018.

 

Il-Festival

L-għan tal-festival hu li jippromwovi l-inbejjed tal-Marsovin li huma iċċertifikati ta’ kwalita D.O.K u I.Ġ.T, li huma prodotti biss minn għeneb imkabbar fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt, il-festival kien maħluq speċifikament biex jgħati lil min huwa dilettant ta’ l-inbid l-opportunita’ li jduq selezzjoni vasta ta’ inbejjed Maltin ta’ kwalita mill-aqwa.

Il-festival  huwa immirat għal dawk li għandom  interess ġenwin fl-inbid u l-ikkunsmar responsabbli tiegħu. Fil-fatt, il-Marsovin dejjem tinkoraġixxi lill-pubbliku sabiex idduq varjeta ta’ nbejjed differenti grazzi ghall-għazla ta’ taster li huwa disponibbli f’kull bar madwar il-festival. B’dan il-mogħod, kull min jattendi ikollu l-opportunita’ li veru jifhem u jesperjenza nbid ta’ kull tip u stil.

“Bl-appoġġ u promozzjoni ta’ l-inbid Malti, kull konsumatur ikun qiegħed isaħħaħ l-agrikoltura Maltija,” qal il-kap ezekuttiv tal-Marsovin Winery, is-Sur Jeremy Cassar. Żied jgħid li il-kwalita ta’ l-inbid Malti ittejjeb b’mod signifikanti f’dawn l-aħħar għoxrin sena’, grazzi għal proċessi u metodi ta’ ċertifikazzjoni rigorużi sabiex iggarantixxu l-aħjar kwalita’.

Maż-żmien, l-avveniment sar popolari immens, grazzi għal-atmosfera ta’ kultura u divertiment mill-isbaħ.  Din is-sena’, l-atmosfera ser tkun fl-aqwa tagħha grazzi għat-talent mużikali lokali li ser ikun preżenti kull filgħaxija. Il-Marsovin qabbad ukoll ristoranti u caterers magħrufin ghall-kwalita ġenwina ta l-ikel tagħhom, biex joffru għażla vasta ta’ ikel bnin bi prezzijiet raġonevoli.