Membri ġejjin minn partiti differenti rapreżentati fil-Parlament Ewropew kellhom kliem ta’ tifħir għall-Programm Kulturali u l-organizzazzjoni ta’ Valletta 2018, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proġetti infrastrutturali u l-Programm Kulturali ta’ il-fuq minn 400 attività.

Waqt konferenza stampa tal-aħbarjiet li saret f’Dar l-Ewropa fit-triq San Pawl, il-Belt Valletta, il-ġimgħa l-oħra, iċ-Ċerperson tal- Kumitat tal-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament Ewropew Petra Kammerevert faħħret l-ammont ta’ parteċipazzjoni li Valletta 2018 għandha maż-żgħażagħ Matlin u mal-kumplament tal-poplu f’attivitajiet kulturali. Fost il-proġetti li se jħallu legat, semmiet il-Valletta Design Cluster u l-MUŻA li hi tara li se jkunu suċċessi kbar għal Valletta 2018.

L-MEP Maria Teresa Giménez Barbat, f’kummenti lil media lokali, qalet li kellha impressjoni tajba tal-organizzazjoni tal-Valletta 2018 u li n-nies jidhru li qed ikollhom reazzjoni pożittiva għat-tibdil li qed jiġġenera l-proġett tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

DSC_0419