It-tim ta’ Science in the City għal darb’oħra se jkun qed jorganizzal l-avventiment ta’ The Big Van Science buffi meta jerġgħu jiġu hawn Malta għal żewġ spettakli. L-ewwel spettaklu huwa addattat għall-adulti (10 ta’ Marzu) filwaqt li t-tieni spettaklu huwa addattat għat-tfal (11 ta’ Marzu). Iż-żewġ spettakli ħa jinkludu stejjer, ċajt, kif ukoll esperimenti interessanti.

Fl-ispettaklu għall-adulti, Brightclub meets Theatre, ħa jieħdu sehem xjentisti professjonali u l-buffi Helena, Orilo and Eduardo minn The Big Van Science, kif ukoll bosta artisti lokali u internazzjonali bħal Malcolm Galea, Dr Elise Billard, Gianni Selvaggi u Lizzie Eldridge għall-qari teatrali. Is-serata tibda bil-qari teatrali fil-5 ta’ filgħaxija, b’kull wieħed segwit minn diskussjoni bejn l-udjenza, l-atturi u l-konsulenti tagħhom (Eduardo Sáenz de Cabezón UR and Domenico Castaldo). Ħa jkun hemm ukoll serje ta’ monologi mix-xjentisti Spanjoli u l-lejl jintemm b’festa bit-tema tax-xjenza!

L-avveniment se jsir nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu mill-5 ta’ filgħaxija ‘l hemm fir-Royal British Legion Bar fil-belt Valletta. Dħul għall-qari tad-drammi huwa b’xejn. Biljetti jiswew €9 għal The Big Van Comedy Show fit-8 ta’ filgħaxija u jinkludi xarba kumplimentari mill-bar. Minn ikun se jara is-science comedy show wara li jkun mar jara il-qari tad-drammi, jkun jista’ jagħmel hekk b’skont għall-prezz ta’ €7. Għal aktar informazzjoni, hemm skeda bl-informazzjoni kollha li tinsab fuq l-event fuq Facebook.

L-ispettaklu tat-tfal, Clowntifics, ħa jkun qed jixgħel il-kamra bil-maġija tal-chemiluminescence: ix-xjenza wara il-kimiċi li jizgħelu fid-dlam, il-fiżika tad-dawl u movimenti, flimkien mal-bioloġija. L-ispettaklu jgħaqqad l-istejjer mall-esperimenti u l-logħob tat-tfal; l-udjenza ssir parti mill-azzjoni! Minħabba li s-sena l-oħra il-biljetti inħatfu malajr, dis-sena l-ispettaklu ħa jsir f’post ikbar: it-Teatru Salesjan! L-avventiment ħa jsir fl-4:30 ta’ wara nofsinhar, il-Ħadd 11 ta’ Marzu u l-biljetti jiswew €8 il-persuna.

Biljetti għall-avvenimenti jistgħu jinxtraw online minn Eventbrite, għal aktar dettajli u informazzjoni fuq l-ispettakli tista’ tmur fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Science in the City, Malta.

L-avveniment huwa organizzat mit-tim ta’ Science in the City u t-tim ta’ Malta Chamber of Scientists, bl-għajnuna ta’ Get Your Act Together. Get Your Act Together huwa programm immexxi minn More or Less Theatre appoġġjat minn Malta Arts Fund li huwa parti mill-Arts Council Malta u l-Fondazzjoni Valletta 2018.