L-esibizzjoni li jmiss ta’ Rima, to be [defined], li se tittella’ bejn il-5 t’Ottubru u l-4 ta’ Novembru fit-Taraġ Prinċipali u fi Spazju Ċ ta’ Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta, għandha l-għan li tesprimi żewġ kunċetti ewlenin dwar l-ispostament, il-migrazzjoni u l-eżilju: id-definizzjoni u l-kostruzzjoni fuq naħa, u d-dekostruzzjoni u r-reżistenza fuq in-naħa l-oħra.
Rima huwa proġett antropoloġiku u artistiku mwieled fl-2014 bil-għan li jesplora d-diversi aspetti tal-ispostament, permezz ta’ serje ta’ inizjattivi kreattivi u multidixxiplinari. Kull proġett isir b’kollaborazzjoni ma’ artisti, studjużi u persuni li esperjenzaw il-migrazzjoni u l-eżilju.
L-esibizzjoni tieħu kont tar-rappreżentazzjonijiet u d-definizzjonijiet tal-persuni li jissejħu “migranti”, u kif il-migrant bħala oġġett qed jiġi kostrutt permezz ta’ diversi diskorsi. Barra minn hekk, tesplora wkoll kif din il-kostruzzjoni qed taffettwa l-ħajjiet u l-immaġinazzjoni tal-“migranti”. Tittieħed kont ukoll ir-reżistenza – speċifikament kif dawn l-individwi jirnexxilhom jiksbu lura l-identità tagħhom permezz ta’ diversi forom ta’ kunflitt – kemm privat kif ukoll pubbliku; kollha b’mod rivoluzzjonarju.
L-esibizzjoni se tkun akkumpanjata minn programm ta’ avvenimenti wiesa’:
5 ta’ Ottubru
7.30pm
Vernissage bil-parteċipazzjoni tal-artisti Moira Agius, Mario Badagliacca, Glen Calleja, Katel Delia, Emmanuel Guillaud, Alberto Favaro, Malik Nejmi, Aurélie Percevault, Guy Woueté.
6 ta’ Ottubru
Studjow A, 6pm – Dominer l’anonymat (Taming Anonymity) taħdita minn Guy Woueté
Spazju Ċ, 8pm ’il quddiem – Tour iggwidat mal-artisti u l-kuraturi tal-esibizzjoni.
12 ta’ Ottubru
Marsapolis (2017, Malta, 10 mins), il-film qasir li ħareġ mill-għotja tal-Films ta’ Rima! B’introduzzjoni mid-direttur Emmanuel Tut-Rah Farah. Segwit minn dibattitu żgħir mal-ekwipaġġ u d-direttur.
Un gout sucre-salé (2018, Malta, 5 mins), introdott minn Katel Delia li kitbet ukoll l-istorja qasira li ispirat l-iskript, kif ukoll mill-ekwipaġġ.
Is-serata tintemm b’żewġ films qosra prodotti mill-workshop Mahalla li sar matul din is-sena f’Malta:
Hosana in Malta ta’ Pawlos Yowhans
Map of the Mediterranean ta’ Heidi de Carlo
13 ta’ Ottubru
6pm
A walnut tree (2015, Dokumentarju, In-Netherlands, 92 min), ta’ Ammar Aziz introdott minn UNHCHR li kienu sponsors.
8pm
The order of the things (2017, Drama, Franza, l-Italja, it-Tuneżija, 115 min), ta’ Andrea Segre, introdott minn Dagmawi Yimer
14 ta’ Ottubru (European Art Cinema Day)
6pm
Tout le monde aime le bord de la mer (2016, in-Netherlands, 18 min), ta’ Keina Espinera
Summertime (2007, l-Italja, 15 mins), ta’ Marcella Vanzo, introdott mid-direttur.
8pm
A dysfunctional cat (2018, Drama, il-Ġermanja, 93 min), ta’ Susan Gordanshekan
18 ta’ Ottubru
Studio Solipsis, Rabat: 7pm
“Rethinking borders. Africa in Rome” mal-antropologi Giulia Casentini u Giulia Riva.
25 ta’ Ottubru
6pm
Studjow B, Narrating exile: history and memory in displacement mal-antropologi Marie-Caroline Saglio, Alessandro Triulzi u David Zammit.
3 ta’ Novembru
7.30pm
Finissage u tnedija tal-ktieb artistiku to be [defined]
Kurazija ta’ Virginia Monteforte (antropologa) bil-kollaborazzjoni ta’ Kristina Borg (artista u disinjatriċi tal-esibizzjoni), Alexandra Galitzine-Loumpet (antropologa u konsulenta kulturali) u Sarah Mallia.
Artisti u poeti parteċipanti: Moira Agius (Malta), Mario Badagliacca (l-Italja), Gilbert Calleja (Malta), Glen Calleja (Malta), Katel Delia (Franza/Malta), Mirna Danijan (it-Turkija), Emmanuel Guillaud (Franza), Alberto Favaro (l-Italja/Malta), André Désiré Loutsono (ir-Repubblika tal-Kongo), Immanuel Mifsud (Malta), Nadja Mifsud (Malta), M. and Rubina Mohamed (Libja), Malik Nejmi (il-Marokk/Franza), Aurélie Percevault (Franza), Guy Woueté (ir-Repubblika tal-Kamerun/il-Belġju), Hassan Yassin (is-Sudan).
Din l-attività tifforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, organizzata bil-kollaborazzjoni ta’ Spazju Kreattiv, u appoġġjata mill-Ambaxxata Franċiża, il-UNHCR, il-Vodafone Foundation, iCentre u Heritage Malta.
Għal aktar informazzjoni dwar RIMA, żur http://www.rimaproject.org/
Għal aktar dettalji rigward [to be defined], żur http://www.rimaproject.org/28/42/to-be-defined-
Valletta 2018 Premium Partners: General Soft Drinks Co. Ltd., Coca Cola, Bavaria and Bank of Valletta