Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tirriproduċi apoloġija ppublikata llum it-Tlieta 5 ta’ Ġunju “Id-Direttur Artistiku ta’ V18 jiċħad rapport ta’ In-Nazzjon” mill-editur ta’ In-Nazzjon fuq rapport fl-artiklu bit-titolu ta’ “Id-Direttur Artistiku ta’ V18 jagħti kuntratt lilu nnifsu ta’ €300,000” li ġie ppubblikat nhar il-Ħamis 31 ta’ Mejju 2018 fuq il-faċċata ta’ In-Nazzjon. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 il-ġimgħa l-oħra ċaħdet bl-aktar mod kategoriku r-rapport ta’ In-Nazzjon bħala storja ivvintata u nieqsa mil-verità tal-fatti kompletament.
Il-Fondazzjoni, filwaqt li tapprezza li In-Nazzjon iddispjaċiha ta’ dan ir-rapport u l-inkonvenjent li ħolqot lill-Fondazzjoni u lil Mario Philip Azzopardi, tappella li l-proġett Valletta 2018, bħal ma dejjem kien, se jibqa’ proġett tal-poplu kollu. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 jiddispjaċiha tara stejjer bħal dawn li definittivament mhumiex fl-interess tal-poplu kollu kemm hu.