Il-Valletta 2018 Curatorial School, ġimgħa ta’ lekċers u workshops minn kuraturi internazzjonali, fetħet aktar kmieni llum ġewwa l-Kampus tal-Belt tal-Università ta’ Malta.

Immexxi minn Dott. Raphael Vella, il-Curatorial School hija maħsuba għall-prattikanti u għall-istudenti li jispeċċjalizzaw f’arti, mil-lat edukattiv, amministrattiv, storiku u kuratorjali.

It-tema ta’ din is-sena hi ‘Researching Curatorial Practices. Il-lekċers jidħlu fl-fond f’aspetti bħal metodi ta’ riċerka, kif tikkura dak li mhux familjari u kif iġġib kunċett reali. Il-kuraturi internazzjonali li qed jipparteċipaw f’din l-edizzjoni tal-Curatorial School jinkludu lil Sebastian Cichocki, li hu il-Kap Kuratur fil-Mużew tal-Arti Moderna f’Varsavja, Alfredo Camerotti d-Direttur ta’ MOSTYN Wales u l-Kap Kuratur ta’ APT Artist Pension Trust, Mick Wilson, il-Kap ta’ Valand Academy of Art fl-Università ta’ Gothenburg, L-Isvezja u wieħed mill-edituri ta’ PARSE journal. Bassam El Baroni huwa membru ta’ L-Istitut tal-Arti Netherlandiżi f’Arnhem, u Fulya Erdemci hi kuratriċi u awtriċi bbażata f’Istanbul huma fost il-kelliema mistidnin.  Maren Richter, kuratriċi, awtriċi u riċerkatura fl-Awstrija ha taghti lecture fuq kif titbiegħed mill-parametri.

Aktar informazzjoni dwar il-‘Curatorial School’ tista’ tinkiseb fuq is-sit ta’ Valletta 2018 https://valletta2018.org/curatorial-school-2017/

Il-Valletta 2018 ‘Curatorial School’ hi organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018 b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta.