Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, flimkien mas-Sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli, xegħelu siġra kbira tal-Milied quddiem il-bini tal-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa biex jimmarkaw il-bidu tal-festi ġewwa l-Belt Valletta. Is-siġra tal-Milied, kif ukoll installazzjonijiet oħra f’Pjazza Teatru Rjal, huma maħdumin mill-Mdina Glass u se jkunu mtellgħin għal kumplament tax-xahar.